Malta Football Association
NEWS:
Malta 0 vs Kroazja 1
Oct 14, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 

It-tim nazzjonali Malti sofra telfa minima fl-aħħar ħarġa tiegħu fi Grupp H kontra l-Kroazja b'gowl skurjat lejn nofs l-ewwel taqsima mill-plejer Ivan Perisic.

 

Il-Kroati kellhom l-aktar mill-pussess tal-ballun iżda sabuiha diffiċli biex jippenetraw id-difiża Maltija.

 

Madankollu l-gowl wasal fil-25 minuta minn ballun fl-arja u xutt mill-ewwel tal-plejer ta' Inter FC li deher jixxellef mid-difiża u jispiċċa fix-xibka wara Hogg.

 

Fit-tieni taqsima l-Maltin ikkontrollaw tajjeb u l-Kroati kważi qatt ma kienu perikolużi. Lejn l-aħħar minuti l-Maltin pressaw lill-avversarji tagħhom iżda l-attakki kienu sottieli wisq biex setgħu jkunu ta' theddida għall-gowlkiper Subasic.

 

Il-formazzjoni taż-żewġ timijiet kienet din:

 

Malta - Hogg, Zerafa, Failla, Borg, Z. Muscat, Agius, R. Muscat, Briffa (Fenech 79), Kristensen, Schembri (Cohen 92), Effiong (Mifsud 75)

 

Kroazja - Subasic, Perisic, Corluka, Rakitic (Brozovic 77), Pjaca (Olic 83), Srna, Kaljinic (Kramaric 60), Badelj, Kovacic, Vida, Pivaric 

 

Referee - Mark Clatenburg (Ingilterra)


Official Sponsors
Commercial Partners