Malta Football Association
NEWS:
Sessjoni ta’ taħriġ mhux tas-soltu għall-Assistenti Referees
Sep 17, 2015
Posted in:
General
Referees News

 

Is-sessjoni ta’ taħriġgħall-assistenti referees li saret it-Tnejn 14 ta’ Settembru 2015 kienet waħda mhux tas-soltu.

 

Dan għax minbarra ġirja qalb l-għelieqi bejn iċ-Ċirkewwa u Paradise Bay, l-assistenti referees għamlu siegħa canoeing biex isaħħu l-muskoli tal-upper body tagħhom.

 

Philip Agius kien il-persuna responsabbli mit-taħriġspeċjalizzat tal-assistenti referees, filwaqt li Ronald Zammit hu l-uffiċjal responsabbli mill-kundizzjoni fiżika tagħhom.

 

M’hemmx dubju li l-ingaġġta’ Philip Agius bħala speċjalista tal-assistenti referees qiegħed iħalli l-frott mixtieq għax f’dawn l-aħħar erba’ snin mill-ħatra tiegħu, il-livell tagħhom ogħla u l-kontribuzzjoni tagħhom saret ferm aktar preċiża, speċjalment fejn tidħol l-interpretazzjoni tar-regolament numru 11 – Offside.


Official Sponsors
Commercial Partners