Archives

Kompetizzjoni Euro Cup 2012/13

Published: 11-06-2012 14:35
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavża li l-istaġun 2012/13 jibda bil-partiti mill-kompetizzjoni Euro Cup bit-timijiet involuti jkunu Valletta FC, Hibernians FC, Birkirkara FC u Floriana FC.   F’Match Day 1, l-ewwel partita bejn Floriana FC u Valletta FC, tintlagħab l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2012, fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, fis-6.30pm. Il-Ħamis 21 ta’ Ġunju 2012 tintlagħab it-tieni partita bejn Hibernians FC u Birkirkara, fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, fis-6.30pm. Match Day 2 tintlagħab it-Tnejn 25 ta’ Ġunju 2012 bil-partita bejn Birkirkara u Valletta, fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, fis-6.30pm u t-Tlieta 26 ta’ Ġunju 2012 bil-partita bejn Hibernians FC u Floriana FC, fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, fis-6.30pm. Match Day 3 tinkludi l-aħħar żewġ partiti mill-kompetizzjoni u dawn se jintlagħbu fil-Hibernians Stadium f’Kordin. L-ewwel waħda tkun il-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2012 bejn Valletta FC u Hibernians FC u tibda fis-6.30pm. Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2012 tintlagħab l-aħħar partita bejn Floriana FC u Birkirkara FC fis-6.30pm. Il-biljetti tad-dħul għall-Match Days 1, 2 u 3 ta’ din il-kompetizzjoni jibdew jinbiegħu mill-erba’ klabbs rispettivi mill-Erbgħa 13 ta’ Ġunju 2012 sat-Tlieta 19 ta’ Ġunju 2012. Madankollu, sakemm ma jinbiegħux il-biljetti kollha allokkati fil-ġranet tal-partiti, it-ticket booths jinfetħu b’mod normali siegħa qabel il-bidu tal-partiti, fl-istess ħin li jinfetħu l-gates tal-istadium. L-MFA tavża li l-VIP Cards, Orange Cards, White Cards, Press Cards u Pitch Cards tal-istaġun 2011/12 huma validi għall-Kompetizzjoni Euro Cup 2012/13.