Archives

Zachary u Jurgen Galea bi prova ma’ Perugia

Published: 24-08-2015 10:35
image1 (102)
image2 (33)
 Zachary Galea u Jurgen Galea, żewġ plejers fl-iskwadra nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena, jinsabu bi prova ma’ Perugia Calcio, fl-Italja, taħt l-osservazzjoni tal-kowċ Davide Ciampelli.  Din il-prova setgħet issir grazzi għar-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn il-Malta Football Association u l-Perugia Calcio u ż-żgħażagħ qegħdin ikunu akkumpanjati minn Mauro Di Lello, konsulent speċjali ta’ Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA. Għal Zachary u Jurgen, din se tkun possibbilta’ li jaraw u jieħdu sehem f’taħriġ aktar professjonali u fl-istess ħin okkażjoni biex jaraw u jużaw l-istruttura li joffru Perugia Calcio. Minbarra dan kollu, iż-żewġ żgħażagħ qed jgħixu f’Perugia, meqjusa fost waħda mill-isbaħ bliet fl-Italja. Din kienet biss l-ewwel prova ta’ Maltin fl-Italja ma’ dan il-klabb. Fiż-żmien li ġej, aktar plejers żgħażagħ Maltin se jingħataw iċ-ċans li jmorru prova mal-klabb tal-Perugia, li fil-passat kien anki parti importanti mill-Kampjonat tas-Serie A, fl-Italja.