Archives

Imut Charles Camilleri, eks-President ta' Valletta FC

Published: 09-08-2015 12:05
image1 (102)
 Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Charles Camilleri, eks-President ta’Valletta FC bejn l-2004 u l-2007. Is-Sur Camilleri kien ukoll President tas-Soċjeta’ Filarmonika Nazzjonali, La Vallette. Is-Sur Camillerii kien missier eżemplari, u fuq kollox ġentlom, imprenditur u persuna b’impenn ċiviku b’risq il-Belt Valletta u pajjiżna. L-MFA tibqa’ tiftakar lis-Sur Camilleri bħala raġel u ħabib li b’għemilu u ħidmietu fil-futbol Malti, dejjem prova jgħin lil kulħadd. Il-funeral tas-Sur Camilleri jsir għada t-Tnejn 10 ta’ Awwissu fis-2.00pm, fil-Knisja San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Camilleri f’mument daqstant diffiċli.