


Il-Malta Football Association tavża li waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret ilbieraħ fit-training ground ta’ Marsaxlokk Football Club, inħatarb’akklamazzjoni Kumitat ġdid ta’ 11-il persuna għall-klabb Xlukkajr.
Il-Laqgħa Ġenerali, quddiem folla sabiħa ta’ madwar 50 persuna, tmexxietmill-Viċi-President tal-MFA, l-avukat Chris Bonett, fejn dan spjega lill-membri ta’ Marsaxlokk FC li l-Member Status Committee tal-MFA, li ħa f’idejħ il-klabb Xlukkajr wara li ma ġiex ippreżentat lill-MFA Kumitat skontir-regoli tal-MFA sal-aħħar Laqgħa tal-Kunsill tal-MFA, se jagħti parir lill-Kunsill tal-MFA biex jirrikonoxxi uffiċjalment lill-Kumitat il-ġdid bħala l-Kumitat tal-klabb.
Issa se jibda’ perjodu ta’ xahrejn li fih il-Kumitat ta’ Marsaxlokk FC irid jippreżenta Statut ġdid u accounts approvati mill-membri lill-MFA, bil-għan li s-sitwazzjoni li sab fiha l-klabb Xlukkajr fl-aħħar xhur ma terġax tirrepeti ruħha.
Il-Malta Football Associationsodisfatta ħafna bl-eżitu tal-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-bieraħ u temmen li dan jista’ jkun bidu ġdid għalklabb li sa ftit aktar minn 10 snin ilu kien qiegħed jiċċelebra r-rebħ tal-kampjonat Premier.
Madankollu,l-MFA, permezz tal-Member Status Committee, immexxi minn Dr. Bonett, se tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni f’Marsaxlokk bil-għan li l-Kumitat il-ġdid ikun jista’ jirnexxi fil-ħidma tiegħu biex b’hekk in-nies ta’ Marsaxlokk ikollhom klabb tal-futbol mibni fuq sisien sodi kif jixirqilhom.
Il-Kumitat il-ġdid elett hu ffurmat kif ġej:
President – Frank Cachia
Viċi-President (1) - Royin Grech
Viċi-President (2) / Chairman tan-Nursery - Vincent Grech
Segretarju - Joseph Mifsud
Teżorier - Nikos Karamitsios
Membru tal-Kunsill MFA - Cedric Baldacchino
PRO - Daniel Zerafa
Membru - Frank Buhagiar
Membru - Adrian Baldacchino
Membru - Saviour Bonnici
Membru - Laurence Camilleri
