Archives

Intervista esklussiva - Andrei Agius

Published: 10-06-2015 09:10
image1 (102)
Mark Attard, Media Officer Fis-sigħat li ġejjin, is-sit www.mfa.com.mt, se jkollu intervista ma' Andrei Agius, id-difensur ta' Hibernians FC u tat-tim nazzjonali Malti, jumejn wara l-partita ta' ħbiberija li Malta rebħet kontra l-Litwanja, u jumejn qabel il-partita kontra l-Bulgarija, valida mill-Grupp ta' Kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2016. Agius jitkellem fuq l-aħħar snin fit-tim nazzjonali Malti, fuq il-progressi li ra f'dan it-tim u fuq l-aħħar riżultati ta' dawn l-aħħar snin kemm ilu li ħa f'idejh it-tim Pietro Ghedin. Jitkellem fuq il-kampjonat BOV Premier u fuq Hibernians FC, iċ-champions tal-futbol Malti.  Ma jistax jonqos li jiġi mistoqsi fuq il-futur tiegħu. F'Malta jew barra?