Archives

Youth League A: Hibernians FC Champions

Published: 05-05-2015 10:30
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Hibernians FC huma ċ-champions tal-Kampjonat Youth League A ta' taħt id-19-il sena wara li lbieraħ għelbu lil Valletta FC fid-decider li ntlagħbet ilbieraħ fis-Centenary Stadium, f'Ta' Qali, u li ntemmet bl-iskor ta' 4-2. Il-partita kienet waħda bilanċjata ħafna, tant li sa tmiem id-90 minuta, l-iskor kien ta' 2-2. Għaldaqstant, il-partita kellha tidħol fil-ħin barrani u eventwalment tgħaddi għall-għoti tal-penalties, iżda t-tim ta' Raħal Ġdid irnexxielu jiskurja darbtejn f'nofs siegħa biex ħadu l-unur u t-trofew lejn il-każin tagħhom. Dan id-decider kellu jintlgħab peress li fil-Kampjonat Youth League A, Hibernians FC u Valletta FC temmew l-impenji tagħhom fil-quċċata tal-klassifika b'46 punt.  Ivan Mizzi, Teżorier tal-MFA, ippreżenta t-trofew u l-midalji lir-rebbieħa wara li ntemmet il-partita.