Archives

MD33: BOV Premier League - Hibernians FC vs Valletta FC

Published: 04-05-2015 11:05
image1 (102)
 Il-Malta Football Association tavża li b’direttiva tal-Pulizija ta’ Malta, għall-partita tas-Sibt 9 ta’ Mejju 2015 bejn Hibernians FC u Valletta FC, li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta Qali, fl-4.00pm, il-partitarji ta’ Hibernians FC se jkunu allokati fil-West Stand A u West Stand C (enclosure), waqt li dawk ta’ Valletta se jkunu fil-Millennium Stand D. Għaldaqstant, il-partitarji ta’ Hibernians FC, li se jkunu allokati fil-West Stand A u C, għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat tal-Mosta u jipparkjaw l-istess vetturi fil-West Parking u t-toroq tal-madwar. Il-partitarji ta’ Valletta FC, li se jkunu allokati fil-Millennium Stand D, għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat tar-Rabat u jipparkjaw l-istess vetturi lejn in-naħat tal-Park Nazzjonali. L-MFA tavza li t-ticket booths u l-Istadium Nazzjonali se jinfetħu fis-2.00pm. Dawk il-persuni partitarji ta’ Hibernians FC li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti se jiġu allokati post f’West Stand A filwaqt li dawk ta’ Valletta FC jiġu allokati post f’Millennium D. L-MFA tħeġġeġ il-pubbliku biex jimxi mar-regolamenti tal-istadiumu mal-ordnijiet maħruġa mill-Pulizija ta’ Malta, waqt li tawgura festa sabiħa ta’ futbol.  Intant, dan hu l-aħħar tibdil fil-fixtures, hekk kif maħruġin mid-Dipartiment tal-Kompetizzjonijiet tal-MFA. Thu-07-May-201518:00National StadiumFlorianavsSliema WanderersThu-07-May-201520:00National StadiumBirkirkaravsBalzanFri-08-May-201519:30Hibernians StadiumZebbug RangersvsQormiFri-08-May-201519:30National StadiumMostavsNaxxar LionsFri-08-May-201519:30Victor Tedesco StadiumTarxien RainbowsvsPieta' HotspursSat-09-May-201516:00National StadiumHiberniansvsValletta