Archives
Youth League E: Swieqi FC Champions
Published: 28-04-2015 11:40Swieqi FC huma c-champions tal-Kampjonat Youth League E tal-MFA. Dan kollu komplew jikkonfermawh ilbieraħ filgħaxija bl-aħħar partita tal-kampjonat li kellhom kontra Mtarfa FC u li rebħuha bi skor ta' 2-1. Fit-tieni post tal-klassifika spiċċaw Xagħjra Tornadoes FC. B'kollox, minn 16-il partita, Swieqi FC rebħu 14-il partita, ġew draw f'waħda u tilfu waħfa biss. Louis Micallef, Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, ippreżenta t-trofew u l-midalji lir-rebbieħa fi tmiem il-partita.