Malta Football Association
NEWS:
Futbol tan-nisa: Malta 2 vs Gżejjer Faroe 4
Apr 9, 2015
Posted in:
General
National Team
UEFA Women's EURO 2021 Qualifiers
Ritratti: Domenic Aquilina, Joe Borg u Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Domenic Aquilina, Joe Borg u Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Domenic Aquilina, Joe Borg u Paul Zammit Cutajar

Mark Attard

 

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa tilef l-aħħar partita tal-UEFA Women's EURO Qualifiers minn Grupp 2 kontra l-Gżejjer Faroe bi skor ta' 4-2. B'din it-telfa, it-tim nazzjonali temm il-Grupp b'6 punti, l-istess daqs il-Ġorġja u l-istess Gżejjer Faroe, iżda spiċċa fit-tielet post minħabba d-differenza fil-gowls. 

 

Il-Ġorġja, anki jekk tilfu kontrina, spiċċaw fl-ewwel post bir-rebħa li kellhom illum stess fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali fl-istess ħin kontra l-Andorra bl-iskor ta' 7-0. Għaldaqstant, huma spiċċaw l-ewwel bi +1 ta' gowl vantaġġ, il-Gżejjer Faroe spiċċaw fit-tieni post b'0 ta' gowl vantaġġ u Malta spiċċat fit-tielet post b'-1 ta' gowl vantaġġ.


 

Il-plejer tagħna taw kull ma jafu...aktar mill-100 fil-mija tagħhom. Hi ħasra kbira li minn Grupp ta' erba' timijiet, żewġ rebħet ma kienux biżżejjed. Illum kienet wirja oħra tajba mit-tim ta' Mark Gatt li anki jekk safa maħsud kmieni fil-partita minn żvantaġġ doppju, ikkontrolla tajjeb, daħal sew fil-partita u kien anki rnexxielu jġib l-iskor indaqs sa nofs it-tieni taqsima.

 

M'hemmx dubju li f'dawn it-tliet partiti rajna tim nazzjonali li mmatura ħafna fil-logħob tiegħu, speċjalment meta dan l-istess tim tipparagunah ma' ftit tas-snin ilu. L-iskwadra għandha l-ideat u l-ingredjenti kollha biex fil-futur tpaxxiena f'dawk li huma riżultati u prestazzjonijiet. Dak li ġara llum żgur li ma kien tort ta' ħadd mill-plejers jew l-istaff tekniku. L-Istorja se tiġġudikahom fuq minn fejn telqu ftit tas-snin ilu, u fejn waslu llum.

 

Il-Maltin sfaw żewġ gowls minn taħt, sal-ewwel kwarta logħob. Minn hemm 'il quddiem rajna tim jattakka b'kontinwita' u rnexxielna nnaqsu d-distakk qabel il-mistrieħ b'gowl ta' Ylenia Carabott.

 

Fit-tieni taqsima, it-tim Malti kompla fejn ħalla u beda jattakka u jżomm il-pussess tal-ballun u fi ftit minuti wasal il-gowl tad-draw minn Martina Borg.

 

Hawnhekk daħlet ċertu kunfidenza li setgħet kienet neċessarja għal dak il-ħin. Il-Maltin fehmu li jistghu jkunu l-aħjar tim fil-grawnd u komplew ġejjin b'attakk wara ieħor tant li f'ħin minnhom avvanzaw kollha f'daqqa xi ftit iżżejjed u f'kontrattakk veloċi, il-Gżejjer Faroe skurjaw it-tielet gowl tagħhom.

 

il-moral reġa' tbaxxa. Kien gowl li ta' daqqa kbira mill-ġdid lill-plejers tagħna. Iżda minkejja dan kollu xorta rsistew u pruvaw joħolqu xi attakki li spiċċaw inutli lejn il-lasti avversarji. 

 

Sakemm eżatt mad-90 minuta, erġajna nqbadna fuq sieq ħażina u sofrejna r-raba' gowl li qatel kull tama u ħolma li kellhom il-plejers tagħna u pajjiż sħiħ.

 

It-tim Malti lagħab b'din il-formazzjoni:

 

Xuereb Janice (GK), Zahra Gabriella (Emma Xuereb), Vella Yasmeen Marie (Martina Borg), Farrugia Stefania, Theuma Dorianne, Carabott Ylenia Anne, Cuschieri Rachel, Zammit Shona, Flask Jade, Zammit Charlene, Borg Brenda.

Official Sponsors
Commercial Partners