Archives

Luca Pagani jitkellem fi Study Group fuq “Fitness for Football”

Published: 08-04-2015 13:05
image1 (102)
Luca Pagani, il-preparatur atletiku tat-tim nazzjonali Malti kien mistieden tal-UEFA fid-Danimarka biex jitkellem fi Study Group draw “Fitness for Football”. Il-UEFA organizzat dan l-Istudy Group flimkien mal-Federazzjoni Daniża u għalih ipparteċipaw il-Federazzjonijiet tad-Danimarka, tar-Repubblika Ċeka, tal-Iżrael, tal-Estonja, it-Turkija u Malta. Il-laqgħat saru fil-bini tal-Federazzjoni Daniża bejn it-30 ta’ Marzu u l-1 ta’ April u fih saru lezzjonijiet fuq it-teorija u l-prattika. Ma’ Pagani, inidrizzaw lil dawk preżenti, Peter Krustrup, Professur tat-Team Sport u assistent tal-kowċ nazzjonali tad-Danimarka tat-tim tan-nisa; Paul Balsom, Performance Manager tat-tim nazzjonali Svediż u tat-tim Ingliż ta’ Leicester City; Jan Ekstrand, Viċi Chairman tal-UEFA tal-Kumitat Mediku u Peter Rudbaek, Direttur Tekniku u Membru tal-Jira Panel tal-UEFA, fost ħafna oħrajn. Pagani akkwista ċertifikat fuq il-filosofija u fuq kif jipprepara is-sessjoni fiżika tal-plejers nazzjonali ta’ Malta. Il-konkorrenza kienet waħda tajba ħafna tant li kienu ħafna dawk li staqsew domandi u wrew ix-xogħol li jwettaq Pagani f’Malta, inkluż il-UEFA li faħħret immens ix-xogħol imwettaq mit-Taljan f’pajjiżna. L-MFA tifraħ lil Pagani għal dan l-unur li għamel lill-pajjiżna.