Archives

Kampanja favur ir-referees lokali

Published: 03-04-2015 21:25
image1 (102)
Il-Malta Football Association flimkien mal-Malta Football Referees Association minn għada jingħaqdu f’inizjattiva ta’ rispett lejn l-uffiċjali tal-loghba. Ir-referees lokali kollha ta' Malta tal-MFA u anki tal-għaqdiet kollha membri magħha, minn għada 4 ta' April sal-10 ta' April, se jilbsu flokk oranġju qabel kull partita bil-kliem "No Referees No Sport - Respect". B'din il-kampanja, l-MFA u l-MFRA jappellaw lil kulħadd biex iġib rispett lejn l-uffiċjali li jikkontrollaw kull sport u mhux biss il-futbol. L-MFA tappella li fl-isport kollu tirrenja l-fair play u r-rispett lejn id-deċiżjonijiet tal-uffiċjali tal-partita.