Archives

Futbol tan-nisa: Malta 1 vs Bahrain 1

Published: 16-03-2015 10:25
image1 (102)
It-tim nazzjonali Malti tan-nisa temm l-aħħar partita tal-Grupp fi draw ta' 1-1 kontra l-Bahrain. B'dan il-punt, it-tim immexxi minn Mark Gatt temm b'4 punti li sarfu fit-tieni post. It-tim immexxi minn Mark Gatt fetaħ tajjeb u beda jaqsam il-logħob mal-avversarji sakemm safa gowl minn taħt fit-23 minuta. Fit-38 minuta, it-tim Malta kellu ċans tajjeb li jġib il-gowl tad-draw meta Dorienne Theuma ikkonkludiet ftit barra wara xogħol tajjeb ta' Ylenia Carabott. Iżda dan kien biss preludju tal-gowl tad-draw għax tliet minuti wara Thuema serviet ballun perfett lil Emma Xuereb li bil-kalma kollha għamlet l-iskor 1-1. Malta kellhom mumenti tajbin ħafna fit-tieni taqsima u l-aħjar ċansijiet ġew permezz ta' Theuma meta freekick tagħha fit-52 minuta ġie milqugħ mill-gowlkiper avversarju u xutt ieħor ftit sekondi wara spiċċa ftit għoli. Fit-78 minuta Brenda Borg tat ballun tajjeb 'il quddiem, Kelly Agius Pace tefgħet fix-xibka iżda l-gowl tħassar għall-offside dubjuż. Fl-aħħar żewġ minuti, il-Maltin setgħu rebħu l-konfront meta minn corner ta' Theuma, daqqa ta' ras ta' Borg għaddiet ftit barra mil-lasti avversarja u eżatt wara, xutt ieħor ta' Theuma spiċċa ftit barra. It-tim Malti lagħab b'din il-formazzjoni: Janice Xuereb, Gabriella Zahra (Kelly Agius Pace), Rosalie Cauchi (Yasmeen Vella), Stephanie Farrugia, Dorienne Theuma, Ylenia Carabott, Rachel Cuschieri (Martina Borg), Shona Zammit (Mandy Debono), Jade Flask, Brenda Borg