Archives

Imut Terenzio Polverini

Published: 10-03-2015 14:35
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Terenzio Polverini, eks-kowċ nazzjonali ta’ Malta. Is-Sur Polverini nħatar kowċ nazzjonali ta’ Malta fit-28 ta’ Awwissu 1974 u dam jokkupa l-kariga sal-10 ta’ Marzu 1976. Hu mexxa lit-tim nazzjonali f’disa’ partiti li fihom kiseb rebħa, żewġ draws u sitt telfiet. Matul dan iż-żmien, it-tim nazzjonali skurja erba’ gowls u sofra 23 u b’kollox, it-tim nazzjonali kien għamel total ta’ erba’ punti. L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Polverini f’mument daqstant diffiċli.