Archives

“Enhancing performance” – It-tema tal-korsijiet tax-xitwa tar-referees

Published: 02-03-2015 14:25
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
“Enhancing Performance” kienet it-tema tal-korsijiet tax-xitwa li d-Dipartiment tar-Referees tal-MFA organizza dan l-aħħar bi preparazzjoni għat-tieni fażi tal-kampjonati domestiċi rispettivi. Minbarra l-Assistant Referees’ Workshop għall-assistenti referees, is-Sibt 14 ta’ Frar ġie organizzat seminar ta’ ġurnata għar-referees li jikkontrollaw partiti fl-erba’ diviżjonijiet tal-kampjonati ewlenin organizzati mill-MFA, jiġifieri mill-Kampjonat Premier sat-Tielet Diviżjoni.  Fl-introduzzjoni tiegħu għal dan is-seminar, id-Direttur tar-Refereeing Adrian Casha tkellem dwar ir-responsabbilta’ li għandhom ir-referees li jħejju ruħhom tajjeb għall-aħħar parti tal-kampjonati rispettivi li matulha jintrebħu jew jintilfu l-unuri.  Huwa fisser kif it-tema ta’ dan is-seminar għandha tagħti d-direzzjoni lil kull refereebiex jagħmel ħiltu li jtejjeb lilu nnifsu mill-aspett fiżiku, tekniku u psikoloġiku. Filgħodu,Penalty Area Decisions,kien l-ewwel suġġett trattat minn Kevin Azzopardi, filwaqt li l-IrlandiżJohn Feigherty għamel preżentazzjoni dwar Asserting Authority & Maintaining Match Control.  Segwew Adele Muscat dwar Mental Toughness in Refereeing u Franz Tabone dwar More Awareness & Guidelines about Match Fixing.  Is-sessjonijiet ta’ waranofsinhar kienu Technical Understanding of the Game minn Stephen Grima, The Need for Quality Training minn Ronald Zammit, Administrative Matters minn Tom A. Restall, Freekick Management u Evaluation of Challenges minn Adrian Casha. Bejn il-15 u s-16 ta’ Frar sar seminar għar-referee observers mifrux fuq jumejn, fejn anki l-assessuri tħarrġu biex itejbu l-livell tagħhom waqt li jkunu qed josservaw lill-uffiċjali tal-logħba. Adrian Casha irreveda mar-referee observers il-linjigwidi meħtiega waqt il-ħidma tagħhom, filwaqt li Victor Mintoff fl-ewwel ġurnata kkoordina l-wiri ta’ partita internazzjonali mill-Kampjonat Ewropew 2016 bejn il-Germanja u l-Iskozja u talab lill-parteċipanti jagħtu punteġġlir-refereeu l-assistenti refereestal-partita.  L-għada,Victor Mintoff,għamel preżentazzjoni bil-marki differenti li ngħataw mill-parteċipanti u ta l-punteġġi uffiċjali mogħtija mill-UEFA, li mhux neċessarjament qablu ma’ dawk mogħtija mir-referee observers Maltin.  Id-diskussjoni li saret fuq ċerti inċidenti f’din il-partita indikat il-ħtieġa tal-uniformita’ fil-mod kif l-assessuri jinterpretaw id-deċiżjonijiet meħuda mir-refereeu l-assistenti tiegħu.