Archives

Jibda t-tielet rawnd tal-Kampjonat BOV Premier

Published: 20-02-2015 16:10
image1 (102)
Fi tmiem il-ġimgħa jibda t-tielet u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat BOV Premier. Il-klassifika tara lil Hibernians FC b’vantaġġ li niżel għal 8 punti fuq Valletta FC u Birkirkara FC, issa li għat-tielet rawnd inqassmu l-punti. Fin-naħa t’isfel tal-klassifika, Qormi FC u Zebbug Rangers FC jinsabu fil-qiegħ b’9 punti u żewġ punti qabilhom bi 11 insibu lil Naxxar Lions FC, Tarxien Rainbows FC U pieta’ Hotspurs FC. M’hemmx dubju li t-taqtiegħa għal min se jsalva postu mal-kbar u min se jkun relegat għada se tibda. Għada, jintlagħbu erba’ logħbiet, tnejn fil-Hibernians Stadium u tnejn fil-Victor Tedesco Stadium. F’Kordin fis-2.00pm, Valletta FC jilagħbu kontra Zebbug Rangers u fl-4.00pm Sliema Wanderers FC jilagħbu kontra Tarxien Rainbows FC. Fl-istess ħin fil-Ħamrun, Floriana FC jilagħbu kontra Pieta’ Hotspurs FC u Balzan FC jilagħbu kontra Mosta FC. Il-Ħadd, fl-Istadium Nazzjonali, ikollna żewġ partiti oħra li jagħlqu t-23 ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Fis-2.00pm, Birkirkara FC jilagħbu kontra Naxxar Lions FC filwaqt li fl-4.00pm, Hibernians FC jilagħbu kontra Qormi FC.   BOV Premier League  -  2nd Phase    PWDLGFGAPts 1Hibernians221930681330 2Valletta221426511822 3Birkirkara221345412222 4Balzan22976353317 5Floriana22787384115 6Sliema Wanderers22769273114 7Mosta227411244313 8Naxxar Lions225710263411 9Tarxien Rainbows22499223811 10Pieta' Hotspurs225611193611 11Zebbug Rangers22461225519 12Qormi22461222389