Archives

Futsal: Malta 0 vs Andorra 4

Published: 16-01-2015 07:55
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Mark Attard, Media Officer, Tim Nazzjonali Malti tal-futsal It-tim nazzjonali Malti tal-futsal, ilbieraħ filgħaxija, kellu telfa oħra kontra l-Andorra ta' 4-0. Din kienet it-tieni partita valida għat-timijiet minn Grupp E tar-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal, u ntlagħbet fil-Padiljun ta' Kordin. M'hemmx dubju li din kienet wirja mill-iktar diżappuntanti għat-tim nazzjonali mmexxi minn Mark Marlow, anki għax kontra l-Andorra, kulħadd stenna dik ix-xi ħaġa aħjar. Wieħed ma jistax ma jattribbwix dan ir-riżultat kiefer mal-Maltin minħabba l-fatt li t-tim nazzjonali Malti għandu problema serja ta' plejer jew tnejn li jsibu x-xibka b'mod frekwenti. Jekk wieħed jara l-partita tal-bieraħ u anki dik kontra l-Ingilterra, jinduna li din hi evidenti ħafna. Kontra l-Ingilterra, il-Maltin kellhom fejn jiskurjaw iktar minn gowl wieħed, mentri kontra l-Andorra, l-azzjonijiet fil-lasta avversarja kienu aktar minn tagħhom. Id-differenza hi li t-timijiet l-oħra jiskurjaw mentri aħna nsofru wisq l-eċċitament u kultant inbatu ħafna minn traskuraġni quddiem il-lasti. L-Andorra fetħu l-iskor wara 7 minuti logħob permezz ta' Barbosa u skurjaw tnejn oħra sa tmiem l-ewwel taqsima permezz ta' Llamas. Fit-tieni taqsima l-Maltin ħarġu aktar avventurużi iżda l-ħafna ċnasijiet lejn il-lasti avversarji ma ġewx sfruttati. Aktar minn hekk, fl-ewwel ċans tagħhom, l-Andorra skurjaw ieħor permezz ta' Barbosa. Intant, f'partita ta' livell mill-iktar għoli li ntlagħbet qabel, l-Ingilterra u l-Latvja ħadu punt kull wieħed fi draw ta' 2-2. Għada jkollna l-partiti finali minn dan il-Grupp. L-Andorra jilagħbu kontra l-Ingilterra fl-4..0pm mentri Malta tilgħab kontra l-Latvja fis-6.30pm.