Archives

Futsal: Intervista ma' Matthew Mifsud, gowlkiper nazzjonali

Published: 12-01-2015 19:50
image1 (102)
image2 (33)
Mark Attard, Media Officer, Tim Nazzjonali Malti tal-futsal Matthew Mifsud, gowlkiper u captain tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal, matul din il-ġimgħa se jkun qiegħed jitkellem mas-sit www.mfa.com.mt, f'intervista esklussiva. Proprju f'din il-ġimgħa, it-tim nazzjonali Malti se jkun impenjat fi tliet partiti, validi mir-Rawnd Preliminari ta' Grupp E tal-UEFA EURO 2015. Malta tilgħab kontra l-Ingilterra l-Erbgħa 14 ta' Jannar fis-7.30pm, kontra l-Andorra l-Ħamis fis-7.30pm u kontra l-Latvja s-Sibt fis-6.30pm.  Il-partiti se jsiru kollha fil-Padilljun f'Kordin, u d-dħul għall-pubbliku se jkun mingħajr ħlas. Il-Malta Football Association tħeġġeġ lill-poplu Malti jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-tim nazzjonali Malti.