Malta Football Association
NEWS:
Futsal: Is-Serbja jiddominaw u jiskurjaw 10
Dec 1, 2014
Posted in:
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

Fit-tieni ħarġa tagħhom tar-Raba' Tournament Internazzjonali tal-futsal organizzat mill-MFA, is-Serbja ddominaw mill-bidu sal-aħħar u għelbu lil Ġibilta' bl-iskor ta' 10-2, biex b'hekk rebħu ż-żewġ partiti tagħhom u dan it-tournament.

 

Ġibilta' setgħu biss iżommu l-pass mal-avversarji tagħhom fl-ewwel minuti sakemm ir-riżultat kien 2-1. Minn hemm 'il quddiem ħarġet id-differenza bejn iż-żewġ timijiet u b'gowl wara ieħor is-Serbja wrew li huma skwadra wisq ta' klassi meta kkumparati mal-avversarji tagħhom.

 

Is-Serbjani marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Kocic u rduppjaw minn ieħor ta' Janjic. Ġibilta' daħlu fil-partita b'gowl ta' Buhagiar iżda sofrew tliet gowls oħra permezz ta' dopjetta ta' Simic u gowl ieħor ta' Kocic. Qabel il-mistrieħ, Ġibilta' reġgħu skurjaw ieħor permezz ta' Sanchez.

 

Fit-tieni taqsima, is-Serbja komplew fejn ħallew u reġgħu ddominaw biex skurjaw ħames darbiet mingħajr risposta. Il-gowls waslu tliet darbiet minn Matijevic, gowl ieħor ta' Janjic u l-aħħar gowl tal-partita jkun skurjat minn Simic.

 

Illum tintlagħab l-aħħar partita ta' dan it-tournament bejn Malta u Ġibilta'. Il-partita tibda fis-6.30pm fil-Padiljun ta' Kordin u l-pubbliku Malti mistieden jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-tim nazzjonali Malti.


Official Sponsors
Commercial Partners