Archives

Under 21’s: Malta 0 vs Turkija 3

Published: 05-09-2014 22:20
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
Mark Attard, Press Officer, Tim nazzjonali Malti It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena sofra telfa ta’ 3-0 kontra t-Turkija fl-aħħar partita minn Grupp 7, valida għall-Kampjonati Ewropej 2015, fir-Repubblika Ċeka.  It-tim immexxi minn Silvio Vella kellu bidu tajjeb u beda jżomm il-pass mal-avversarji. Iżda indeċiżjoni fid-difiża ftit qabel il-kwarta logħob wittiet it-triq għall-ewwel gowl tat-Torok skurjat minn Emrah Bassan. Il-Maltin kellhom ċans tad-deheb li jġibu l-gowl tad-draw minn kontrattakk veloċi iżda Luke Montebello minn tarf il-kaxxa ra lill-gowlkiper Tork Omer Kahveci jwettaq save kbir minn taħtu. It-Turkija rduppjaw mal-ftuħ tat-tieni taqsima bit-tieni gowl personali ta’ Emrah Bassan. Mal-ħin irnexxilhom jieħdu aktar it-teritorju u l-pussess tal-ballun u żiedu ieħor fit-83 minuta permezz tas-sostitut Demir Muhammet.     MALTA                                                                                    TURKIJA12Jurgen Borg (GK)1Kahveci Omer (GK)22Cain Attard2Alkan Okan3Christian Grech4Calik Ahmet Yilmaz18Louis John Cutajar (Y)11Koyunlu Kerim16Clyde Borg (Capt)6Ozturk Alpaslan5Brooke Farrugia8Ucan Salih14Llywelyn Cremona(Y)10Demirci Muhammed20Ryan Camenzuli5Cinemre Hakan7Lydon Micallef9Sahiner Omer Ali17Jurgen Pisani3Erdogan Yusuf9Luke Montebello7Bassan Emrah (capt) SOSTITUTI SOSTITUTI1Yenz Cini12Ozenc Ozan Evrim4Keith Tanti13Ciftici Ugur2Emanuel Briffa16Nukan Atinc11Johann Bezzina(Y)(sub 16 / 80m)17Unal Enes (sub 11 / 83min)10Kyle Cesare18Demir Muhammet(sub9/ 64min)13Sacha Borg(sub 20 / 69m)15Basacikoglu Bilal(sub 7 / 72min)23Ryan Micallef(sub 7 / 86min)14Yokuslu OkayKowċ: Silvio Vella                                                          Kowċ: Ercan Abdullah