Malta Football Association
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Nov 29, 2013
Posted by:

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

 

B’referenza għar-rapport maħruġmin-National Audit Office,u intitolat “An Analysis on the National Lotteries Good Causes Fund”, ippreżentat fil-Parlament fis-26 ta’ Novembru 2013, u kif ukoll għar-rapporti li dehru fuq il-mezzi tax-xandir fuq flejjes mgħoddija lill-Malta Football Association mill-Gvern permezz tal-Good Causes Fund, il-Malta Football Association (MFA), tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku Malti li t-tali rapport fih ineżattezzi u figuri li fl-ebda ħin ma rċevietl-MFA.

 

L-MFA tistqarr li mhux minnu li l-Assoċjazzjonirċeviet ammonti li jiżbqu l-ħamesmiljun ewro f’għotjiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti, u li fil-verita’,l-ammonti li rċeviet mit-tali fond, li fl-ebda ħin ma qabżu l-150,000 ewro, ma ġewx mitluba għall-proġetti diretti tal-MFA, iżda f’isem klabbsMaltin biex jirranġaw il-faċilitajiet tagħhom.

 

L-MFA, f’dawn l-aħħar snin, nefqet madwar 22 miljun ewro minn flusha fuq proġetti biex il-grawnds tal-futboltal-klabbs Maltin jitpoġġielhom wiċċtat-turf sintetiku biex it-tfal tagħna jgawdu mill-aqwa faċilitajiet ta’ futbol possibbli.

 

Il-5.6 miljun ewro elenkati fir-Rapport tal-Awditur Ġenerali jinkludu sussidji fuq kera ta’ art pubblika li l-Gvern talill-klabbs Maltin biex iġestixxu n-nurseries tagħhom, kif ukoll flus li l-Gvern nefaq direttament fuq il-bini tal-grawnd f’Santa Venera u li se jonfoq fuq il-bini tal-grawnd f’Birżebbuġa. L-MFA tinnota li filwaqt li dawn l-ammonti ikkontribwew u se jikkontribwixxu għall-ġid tal-futbol Malti,ma jistax jingħad li dawn il-flus għaddew lill-MFA.

 

Apparti minn hekk,l-MFA ma tistax tifhem għalfejn dawn l-għajnuniet diretti u indiretti issemmew fir-rapport tal-Awditur Ġenerali meta dawn m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-Fond tal-Kawzi Ġusti ħlief għall-150,000 ewro minnhom.

 

L-MFA turi d-dispjaċir tagħha għall-assunzjonijiet żbaljati li fih ir-rapport u tistqarr illi kieku l-Awditur Ġenerali bagħat għall-MFA biex jivverifika l-figuri tiegħu, fl-MFA kien se jsib bieb miftuħ. Dan biex ma tiġix iċċirkolata informazzjoni li ma tikkorrispondix mal-fatti.

 

Anness ma’ din l-istqarrija,hemm dokument ippreparat mill-MFA li jispjega eżatt kif inhuma l-affarijiet fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern lill-MFA b’kuntrast għal dak li ġie mniżżel fir-rapport tal-Awditur Ġenerali.

 

ANNEX

 

 

Mark Attard

Malta Football Association

Press Officer

Official Sponsors
Commercial Partners