Malta Football Association
Tibdil fil-fixtures tal-Kampjonat BOV Premier
Oct 18, 2013
Posted by:

Tibdil fil-fixtures tal-Kampjonat BOV Premier

 

 

 

Il-Malta Football Association tavża li minħabba raġunijiet ta’ sigurta’ u fuq ordnijiet tal-Pulizija ta’ Malta, sar tibdil fl-istadiums ta’ fejn kellhom jiltlagħbu żewġ partiti mill-Kampjonat BOV Premier, il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2013.

 

Il-partita bejn Qormi FC u Balzan Youths FC li kellha tintlagħab fis-Centenary Stadium fl-4.00pm se tintlagħab fil-Victor Tedesco Stadium fl-istess ħin, mentri l-partita bejn Floriana FC u Mosta FC li kellha tintlagħab fil-Victor Tedesco Stadium fl-4.00pm se tintlagħab fis-Centenary Stadium fl-istess ħin.

 

L-MFA tiskuża ruħa għal dan l-inkonvenjent.

Official Sponsors
Commercial Partners