Malta Football Association
STQARRIJA TAL-MALTA FOOTBALL ASSOCIATION
Aug 27, 2013
Posted by:

 

 

Il-Malta Football Association tavża li waqt il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-MFA, inqara rapport tekniku, magħmul minn esperti tat-teknoloġija tal-informatika, li ġew inkarigati jinvestigaw l-allegazzjoni li r-referee Marco Borg esprima xi pożizzjoni personali tiegħu fuq ‘facebook’, fuq partiti jew timijiet li jimmilitaw fil-kampjonat BOV Premier, liema ħaġa ġiet irrapportata anki fil-media.

 

Permezz ta’ dan ir-rapport, ġie stabbilit li l-iscreenshot tal-‘facebook page’ li fuqha deher Marco Borg kienet iffabbrikata u fl-ebda ħin ir-referee Marco Borg, jew persuni f’ismu, m’għamlu xejn minn dak allegat.

 

Għaldaqstant, u għab-bazi tar-rapport tekniku, l-Eżekuttiv tal-MFA iddeċieda li l-każ ta’ Marco Borg għandu jintemm minnufih.

 

 

 

 

 

 

 

Mark Attard

Malta Football Association

Press Officer

Official Sponsors
Commercial Partners