Malta Football Association
Kondoljanzi – Paul Borg Inguanez
Mar 4, 2013
Posted by:

 

 

 

Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Paul Borg Inguanez, li ħalla din id-dinja kmieni dalgħodu,fl-eta’ta’ 87 sena.

 

‘Is-Sur Pawl’, kif kien magħruf aħjar fiċ-ċrieki tal-futbol Malti, kien il-fundatur tal-Inter Amateur Soccer Competition (IASC) fl-1959, u minn dak iż-żmien kien dejjem Membru fil-Kunsill tal-MFA u membru f’diversi Bordijiet tal-Assoċjazzjoni.

 

Is-Sur Borg Inguanez jibqa’ mfakkar għas-servizz kbir li ta lill-futbol Malti matul ħajtu, frott ta’ ħidma onesta’ u dedikata.

 

Il-funeral tas-Sur Borg Inguanez se jsir l-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2013 fit-8.30am, fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, f’Bormla.

 

L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Borg Inguanez f’mument daqstant diffiċli.

Official Sponsors
Commercial Partners