Archives

Stqarrija - 'Dirty Soccer'

Published: 09-06-2016 09:50
image1 (102)
 B’riferenza għall-każ ‘Dirty Soccer’ b’konnessjoni ma’ manipulazzjoni ta’ partiti mill-Kampjonat Taljan tal-Lega Pro u mill-Kampjonat Serie D fl-Italja, fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret fit-23 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill tal-MFA laqa’ l-proponiment tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni u ddikkjara bħala persona non grata, mill-Malta FA, lil Felice Bellini, cittadin Taljan, imwieled f’Catanzaro fid-19 ta’ Awwissu 1976. Felice Bellini, li fil-passat ħadem ma’ xi klabbs lokali, diġa’ kien ikkundannat mill-ġustizzja sportiva fi ħdan l-FIGC Taljana dwar dan il-każ u jinsab għaddej proċeduri quddiem it-Tribunal ta’ Catanzaro.  Dan ifisser li Felice Bellini ma jistgħax jinvolvi ruħu fl-ebda attivita’ tal-futbol f’Malta u f’Għawdex.