Archives

Ikompli t-training camp tat-tim nazzjonali

Published: 28-05-2016 19:00
image1 (102)
 Mark Attard, Media Officer It-tim nazzjonali Malti, illum kompli bit-training camp tiegħu li qed jagħmel f’Worgl, il-Ġermanja. Wara l-partita tal-bieraħ kontra r-Repubblika Ċeka li tlifniha 6-0, it-tim nazzjonali beda l-ġurnata b’sessjoni ta’ taħriġ fl-10.00am. Il-plejers inqasmu u nofshom kellhom sessjoni ta’ ‘recovery’ mentri l-oħrajn tħarrġu b’mod normali. It-tim ingħaqad għall-ikla tal-12.00pm biex imbagħad il-plejers straħu kollha fil-kmamar tagħhom sakemm fil-5.00pm ħarġu mixja ta’ siegħa fiċ-ċentru. Pietro Ghedin, proprju bħalissa, qed ilaqqa’ l-iskwadra kollha għat-team meeting, fejn se tiġi analizzata l-partita tal-bieraħ u l-iżbalji kollha li saru u biex dawn ma jiġux ripetuti. Dan se jkun l-aħħar lejl għall-kontinġent f’Worgl. Għada t-tim jerġa’ jitħarreġ fl-10.00am, ikollu l-ikla ta’ wara nofsinhar biex għal ħabta tas-1.30pm, jibda vjaġġ pjuttost twil ta’ aktar minn erba’ sigħat lejn Klagenfurt. Malta tilgħab it-tieni partita ta’ ħbiberija t-Tlieta 31 ta’ Mejju kontra l-Awstrija fid-8.45pm. Il-partita se tintlagħab fil-Worthersee Arena.