Archives

Fr Hilary onorat mill-UEFA Order of Merit

Published: 04-05-2016 09:30
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
 Fr Hilary Tagliaferro, President tal-Youth Football Association u eks-Membru tal-Kunsill tal-MFA u eks-Direttur Tekniku,kien onorat bil-UEFA Order of Merit għal dawk li mill-UEFA stess issejħu bħala “kontribuzzjonijiet kruċjali” li hu ta fis-settur tal-iżvilupp tal-futbol f’pajjiżna. Carmelo Bartolo, eks-Viċi President tal-MFA, ukoll kien rikonoxxut mill-UEFA għas-servizz li ta’ matul is-snin fl-MFA u fl-istess UEFA. Bartolo, issa daġal fis-Circle de l'ancienne tal-UEFA.  F’kelmtejn li ta wara l-preżentazzjoni, Fr Hilary Tagliaferro qal li jħossu onorat ħafna li akkwista dan l-Award. “Żort stadiums u futbol pitches f’ħajti aktar milli żort knejjes. Għallimt u tellajt eluf ta’ żagħżagħ. Inħoss li dan kollu kien apprezzat minn ħafna,” qal Fr Hilary. Dan l-unur ingħatalu f’ċerimonja organizzata mill-UEFA li saret f’Budapest, l-Ungerija, li kienet qed timmarka l-40 Kungress Ordinarju tal-UEFA. F’din iċ-ċerimonja, wieħed seta’ jara diversi wċuħ popolari ħafna fid-dinja tal-futbol bħal Sir Bobby Charlton u Sir Trevor Booking, li wkoll ġew onorati b’xi unuri mill-UEFA. L-Order of Merit tal-UEFA hi marka ta’ unur u distinzjoni li tingħata mill-UEFA lill-individwi mill-familja Ewropea tal-futbol li jkunu taw servizz eċċezzjonali u dedikazzjoni kbira għat-tajjeb u s-sabiħ tal-logħba tal-futbol. Fis-sit uffiċjali tal-UEFA, Fr Hilary kien deskritt bħala “kowċ ta’ eżempju, edukatur taż-żgħażagħ u ġurnalist sportiv.” Fr Hilary jibqa’ mfakkar l-aktar f’pajjiżna għax-xogħol kbir li wettaq fin-nurseries tal-futbol, għax-xogħol tiegħu fil-kowċing u għall-kummentarji sportivi tiegħu. Il-Malta Football Association onorata li Fr Hilary Tagliaferro ingħata dan l-unur mill-UEFA.