Archives

Darmanin Demajo jiltaqa’ mal-iskwadra nazzjonali tan-nisa

Published: 25-11-2015 23:15
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, sab l-okkażjoni u l-ħin biex qabel il-partita ta’ħbiberija ta’ kontra l-Azerbaijan, jiltaqa’ mal-plejers nazzjonali femminili u jsegwi parti sew mill-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fis-Centenary Stadium l-Erbgħa filgħaxija u ntemmet bi skor ta’ 0-0. Darmanin Demajo ltaqa’ fid-dressing room u ħa b’idejn il-plejers nazzjonali u l-kontinġent sħiħ tat-tim nazzjonali tan-nisa ftit minuti qabel il-bidu tal-partita. F’diskors qasir, il-President tal-MFA, wassal messaġġ pożittiv lill-plejers nazzjonali. “Żommu l-logħba tal-futbol dejjem f’qalbkom. Ħossukom kburin li tagħmlu parti mit-tim nazzjonali u li tilbsu dak il-flokk. Morru ilagħbu l-futbol u ħudu pjaċir. Grazzi u prosit tas-servizz li tagħtu, “ qal Darmanin Demajo, li temm id-diskors tiegħu b’ċapċipa sabiħa mill-plejers kollha.