Archives

Imsejħa l-iskwadra nazzjonali għal kontra l-Ġordan

Published: 04-11-2015 10:30
image1 (102)
image2 (33)
 Mark Attard, Media Officer Pietro Ghedin, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, sejjaħ l-iskwadra proviżorja ta' Malta għall-partita ta' ħbiberija li se tintlagħab kontra l-Ġordan, l-Erbgħa 11 ta' Novembru 2015. Il-partita se tintlagħab fil-Maltepe Stadium, f'Istanbul, it-Turkija u tibda fit-3.00pm, ħin lokali.  It-tim nazzjonali jinġabar f'irtir mis-Sibt li ġej bl-ewwel sessjoni ta' taħriġ li tkun fl-10.00am. It-tim jitħarreġ ukoll il-Ħadd u t-Tnejn fl-istess ħin. Il-kontinġent Malti jħalli pajjiżna f'titjira diretta lejn Istanbul, it-Tnejn 9 ta' Novembru, għal ħabta tas-6.00pm u jiġi lura l-Ħamis 12 ta' Novembru għal ħabta tal-10.30am. Intant, l-iskwadra proviżorja msejħa minn Ghedin għal din il-partita hi: GowlkipersHenry Bonello (VallettaFC), Andrew Hogg (KalloniFC) DifensuriAndrei Agius (HiberniansFC), Steve Borg (ArisFC), Emmanuel Briffa (FlorianaFC), Ryan Camenzuli (BirkirkaraFC), RyanCamilleri(VallettaFC), Zach Muscat(BirkirkaraFC), Clayton Failla(HiberniansFC), Joseph Zerafa (BirkirkaraFC) MidfieldersRoderick Briffa (VallettaFC), Llywelyn Cremona (VallettaFC), Gareth Sciberras (BirkirkaraFC), Paul Fenech (BirkirkaraFC), Andre’Schembri (Omonia NicosiaFC), Rowen Muscat (BirkirkaraFC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Clyde Borg (FlorianaFC)         AttakkantiMichael Mifsud (Sliema Wanderers FC), Luke Montebello (Tarxien Rainbows FC), Terence Vella (Qormi FC), Alfred Effiong (Balzan FC)