Archives

Malta 0 vs Kroazja 1

Published: 14-10-2015 10:15
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 It-tim nazzjonali Malti sofra telfa minima fl-aħħar ħarġa tiegħu fi Grupp H kontra l-Kroazja b'gowl skurjat lejn nofs l-ewwel taqsima mill-plejer Ivan Perisic. Il-Kroati kellhom l-aktar mill-pussess tal-ballun iżda sabuiha diffiċli biex jippenetraw id-difiża Maltija. Madankollu l-gowl wasal fil-25 minuta minn ballun fl-arja u xutt mill-ewwel tal-plejer ta' Inter FC li deher jixxellef mid-difiża u jispiċċa fix-xibka wara Hogg. Fit-tieni taqsima l-Maltin ikkontrollaw tajjeb u l-Kroati kważi qatt ma kienu perikolużi. Lejn l-aħħar minuti l-Maltin pressaw lill-avversarji tagħhom iżda l-attakki kienu sottieli wisq biex setgħu jkunu ta' theddida għall-gowlkiper Subasic. Il-formazzjoni taż-żewġ timijiet kienet din: Malta - Hogg, Zerafa, Failla, Borg, Z. Muscat, Agius, R. Muscat, Briffa (Fenech 79), Kristensen, Schembri (Cohen 92), Effiong (Mifsud 75) Kroazja - Subasic, Perisic, Corluka, Rakitic (Brozovic 77), Pjaca (Olic 83), Srna, Kaljinic (Kramaric 60), Badelj, Kovacic, Vida, Pivaric  Referee - Mark Clatenburg (Ingilterra)