Il-Malta Football Association tavża li se ssir konferenza stampa l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2012, f’12.00pm, fis-Centenary Hall, Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.
Bjorn Vassallo u Joe Cassar, Kap Eżekuttiv u Deputat Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni responsabbli mid-Dipartiment Internazzjonali, rispettivament, se jindirizzaw lil dawk preżenti u se jagħtu informazzjoni dwar iż-żjara li se jagħmel il-President tal-UEFA, Michel Platini, f’Malta fil-31 ta’ Marzu 2012.
Il-media lokali kollha mistiedna tattendi u tipparteċipa f’din il-konferenza.
Mark Attard
Malta Football Association
Press Officer













